Ħu ħsieb meta tkun online
Ibża għal flusek
L-użu frekwenti ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni diġitali jagħmilha dejjem aktar importanti li wieħed ikun konxju tar-riskji u l-possibilità ta’ frodi permezz ta’ emails u websites foloz, telefonati u messaġġi qarrieqa. Għalhekk ħu ħsieb meta tkun online biex tissalvagwardja il-preżenza diġitali tiegħek.
Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni li ġejja għal għajnuna biex tipproteġi l-informazzjoni personali u finanzjarja tiegħek.
Għaraf il-websites tal-Bank
Il-website tal-Bank hi www.lombardmalta.com .
Is-servizzi bankarji tal-Bank minn fuq l-Internet huma aċċessati minn www.lombardmalta.com/en/login .
Is-sezzjoni numismatika tal-Bank tinsab fuq www.maltacoins.com .
It-tliet websites protetti b’encryption kif muri ċar bl- https:// u l-katnazz, it-tnejn jidhru fil-parti ta’ fuq tal-web browser ħdejn l-indirizz tal-website.
Links f'emails malizzjuzi jistgħu joħduk fuq websites li ma jappartjenux lil Lombard Bank. Għalkemm websites foloz ta’ dan it-tip jistgħu jidhru minn kull aspett bħall-websites uffiċjali tal-Lombard Bank, dan ma jkunx il-każ.
Website falza normalment ma tkunx encrypted u għalhekk ma’ jkollix il-katnazz u l-https:// fuq il-web browser. Barra minn hekk, l-indirizz tal-website ma jkunx wiehed minn www.lombardmalta.com jew www.lombardmalta.com/en/login jew www.maltacoins.com .
Żomm il-kompjuter tiegħek protett kontra l-malware
Malware huma programmi tal-kompjuter li jikkaġunaw ħsara fil-kompjuter tiegħek. Dawn il-programmi jaħdmu bil-moħbi u jibqgħu mhux innutati sakemm jagħmlu l-ħsara. Malware jistgħa jieħu l-forma ta' viruses, trojan horses u spyware.
Għalhekk, kun żgur li l-kompjuter tiegħek ikun protett kontra l-malware billi:
• Dejjem uża l-aħħar verżjoni tal-operating system għal-kompjuter tiegħek.
• Tuża programmi li jaġġornaw automatikament kontra viruses u malware ieħor.
• Qatt tinstalla u / jew tuża programmi minn sorsi mhux affidabli.
• Dejjem uża firewall personali fuq il-kompjuter.
• Ma tużax kompjuters u wifi pubbliċi. Kun għaf li xi kompjuters pubbliċi jistgħu ma jkunux protetti sew kontra l-malware u ma hemm l-ebda mod kif tkun taf dan. Dawn il-programmi kapaċi jirreġistraw l-informazzjoni personali u bankarja tiegħek mingħajr ma tkun taf. Din l-informazzjoni mbagħad tintuża b'mod frawdolenti biex jinkiseb aċċess għall-email u /jew kontijiet bankarji tiegħek.
Miżuri oħra biex jghinuk tibqa' sigur fuq it-tagħmir eletroniku tiegħek huma:
• Oħloq passwords b'saħħithom li jikonsistu f'ittri, numri, u simboli, u biddel il-passwords regolarment.
• Tagħtix u tħalli lil ħadd juża t-tagħmir eletroniku tiegħek.
• Uża kredenzjali differenti għas-servizzi online differenti.
Oqgħod attent għal emails foloz, telefonati u messaġġi malizzjużi
Tista’ tirċevi emails, telefonati u / jew messaġġi minn persuni li jippersonaw impjegati tal-Bank jew xi kumpanija li tkun żort online. Dawn iġgħaluk taħseb li hemm xi problema bil-kont bankarju tiegħek jew xiri li tkun għamilt. Dan il-kuntatt ikun intiż biex inti tiżvela dettalji personali u bankarji.
Għalhekk:
• Tiftaħx emails li m'intix qed tistenna u fejn il-persuna li bagħtilek ma tafux.
• Tikklikkjax fuq links f'emails.
• Oqgħod attent b’ annessi ma’ emails.
• Twieġebx b'dettalji personali għal telefonati/messaġġi.
• Tiktibx jew tiżvela kredenzjali bħal passwords, usernames, PINs, numri tal-kontijiet bankarji u tal-kards.
Ftakar
Il-Bank qatt ma jistaqsik bit-telefon jew messaġġ diġitali (email, sms, app tal-messaġġi, midja soċjali) biex:
• Tiżvela informazzjoni personali, PIN u /jew dettalji tal-kont bankarju.
• Taġġorna l-kredenzjali tal-login bħal usernames u passwords.
• Tiftaħ link f'emails jew messaġġi eletronici ohra.
Importanti
Iċċekkja l-kontijiet u l-istatements bankarji regolarment biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha jkunu awtorizzati minnek u li ma jkunx hemm tranżazzjonijiet li ma tafx bihom.
Iċċekkja l-istatements bankarji tiegħek immedjatament malli tirċievihom.
Jekk jogħġbok ikkuntattja il-fergħa tiegħek bit-telefon jew personalment, filwaqt li żżomm nota tal-uffiċjal tal-Bank li tkellimt miegħu:
• Jekk tinnota tranżazzjoni mhux tas-soltu.
• Jekk tissuspetta li xi ħadd uża l-kont, il-kard jew id-dettalji personali tiegħek b'mod frawdolenti.
• Jekk tissuspetta li sirt vittma ta’ frodi.